L-MWA tipparteċipa fis-seba’ edizzjoni tal-Kampjonat tal-Weightlifting fis-Serbja

L-Għaqda Maltija tal-Weightlifting ipparteċipat fis-seba’ edizzjoni tal-Kampjonat tal-Weightlifting f'Indija fis-Serbja.

Żewġ atleti Maltin Rodmar Pulis u Kieran Mifsud ipparteċipaw kontra atleti mill-Bulgarija, it-Turkija, Ungerija, Iżrael, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Bosnja-Ħerżegovina u l-pajjiż ospitanti. 

Rodmar Pulis beda l-kompetizzjoni b’refgħa Snatch ta’ 102 kilo b’suċċess fit-tieni parti tal-kompetizzjoni dik tal-Clean & Jerk, huwa beda bir-refgħa suċċess ta’ 130 kilo u 135 kilo, it-tielet refgħa finali dik ta’ 140 kilo wara li rnexxielu jtella’ l-piż ’il fuq minn rasu kellha tiġi kkanċellata minħabba regoli tekniċi tal-isport. L-aħħar attentat kien ta’ importanza kbira ħafna għall-pożizzjoni aħjar u sabiex jiksru rekords nazzjonali. Huwa għalaq il-kompetizzjoni b’total ta’ 292 punt. Hu kiseb pożizzjoni ferm aħjar mill-kompetituri tal-Iżrael u t-Turkija. 

Mifsud ta’ 15-il sena kien l-iżgħar atleta fil-kompetizzjoni. Huwa beda b’refgħa Snatch ta’ 95 kilo iżda fit-tieni parti tal-kompetizzjoni, dik tal-Clean & Jerk  u beda l-kompetizzjoni b’127 kilo però sfortunatament kellu jirtira mill-kompetizzjoni minħabba uġigħ fid-driegħ. Din kienet l-akbar kompetizzjoni għal Mifsud li qatt ipparteċipa fiha.

L-atleti Maltin kienu taħt il-gwida ta’ Jesmond Caruana. Caruana kien ukoll magħżul bħala l-President tal-Ġurija fil-kompetizzjoni tan-nisa. 

Din il-kompetizzjoni ma kinitx possibli mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti u l-ħbiberija mal-Federazzjoni tas-Serbja. 

Fl-istess dati, Stephen Borg, ipparteċipa fil-kungress u elezzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tal-weightlifting. Hu kien ukoll magħżul biex ikun kontrollur tekniku fil-kompetizzjoni li saret fi Split fil-Kroazja.

More in Sports