L-ebda rebbieħ fid-Derby tan-Nofsinhar

Hibernians 1 - 1 Tarxien

Fid-Derby tan-Nofsinhar bejn ir-rivali Hibernians u Tarxien Rainbows, ma rajna l-ebda rebbieħ hekk kif dan il-konfront intemm f’parità ta’ 1-1. B’hekk din kienet l-ewwel logħba matul dan l-istaġun li fiha Hibernians ma ħarġux rebbieħa. Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel azzjoni denja ta’ nota meta tentattiv minn cross insidjuż ta’ Dias ġie evitat mill-goalkeeper Cini b’diffikultà. 

Fl-24 minuta tentattiv minn frekkick tal-ispeċjalista Failla ħoloq taħwida fil-kaxxa tar-Rainbows,  bil-ballun jispiċċa f’saqajn Bjorn Kristensen li ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat minn Cini.

Fis-36 minuta l-Pawlisti fetħu l-iskor permezz ta’ Clayton Failla permezz ta’ freekick mill-isbaħ li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Cini. It-tim minn Raħal Ġdid mar viċin li jirdoppja l-iskor fid-39 minuta meta Edison Luis dos Santos minn qagħda tajba tefa’ għoli. 

U tliet minuti biss wara Tarxien Rainbows irrispondew permezz ta’ Rodrigues Silva li ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi ftit barra. Fl-64 minuta Hibernians spiċċaw jilagħbu b’10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Brażiljan Marcelo Dias wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. 

Fil-75 minuta Tarxien Rainbows ġabu l-iskor indaqs meta Wesley Lima Silva wara li rċieva mingħand Lopes Pereira, mill-qrib tefa’ ġewwa. Iżda l-istess plejer ma tantx dam jiċċelebra dan il-gowl hekk kif wara xi mossi li għamel safa mkeċċi mir-referi Marco Borg.

Hibernians - Bonello, Gomes (Lima 66’), Soares, Dias, Cohen (Degabriele 89’), Kristensen, Bezzina (Pearson 55’), Failla, Agius, Dos Santos, Da Silva Pereira

Tarxien R. - Cini, Bugeja, Rodrigues Silva (Caruana 90’), Barbosa Viana (Farrugia 90’), Caruana, Lima Silva, Sammut, Cini, Tabone, Lopes Pereira, Santos Silva (Aboulezz 46’)

Referi Marco Borg

Alvaro Andre Rodrigues Silva

Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti

Twieled fl-14 ta’ Novembru 1989 f’Paulista fil-Brażil

Jilgħab fl-irwol ta’ attakkant

Huwa wieħed mill-akkwsiti li għamlu Tarxien Rainbows matul dan is-sajf

More in Sports