Għexieren ta' dgħajjes bil-qlugħ isalpaw dalgħodu

Tibda s-46 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race b'120 jott

Organizzata mir-Royal Malta Yacht Club, ir-Rolex Middle Sea Race hija tellieqa ta’ 608 mili li varat dalgħodu fil-Port il-Kbir.

Din is-sena, hemm numru rekord ta' parteċipanti fis-46 sena tal-istorja tat-tellieqa. In-numru ta' jottijiet li qegħdin jikkompetu jammonta għal fuq minn 120 opra tal-baħar li ġejjin minn 24 pajjiż differenti. Din it-tellieqa hija kkunsidrata bħala waħda mill-isbaħ tlielaq tal-ibburdjar fid-dinja.

Tibda u tispiċċa f’Malta, il-korsa, tara l-jottijiet jerħulha lejn Sqallija u gżejjer tal-madwar tagħha. Il-flotta internazzjonali ta' jottijiet jinsabu ekwipaġġati minn taħlita ta’ baħħara ta’ kalibru kbir fosthom atleti li kkompetew fl-Olimpjadi, Americas Cup, u tlielaq oħra madwar id-dinja.

Ir-ritratti se jitilgħu iktar tard.

More in Sports