Sport In Malta tħabbar ftehim ma’ Mario ‘il-Gross’ Borg

Sport In Malta ħabbret li waslet fi ftehim fit-tul rigward sponsorship mal-boxer lokali mill-Mosta, Mario ‘il-Gross’ Borg

Mario ‘il-Gross’ Borg flimkien ma’ Marc James
Mario ‘il-Gross’ Borg flimkien ma’ Marc James

Ir-rekord ta’ Borg fil-boxing sa issa huwa ta’ rebħa, telfa u parità u huwa klassifikat fit-tielet post fil-Klassifikazzjoni Nazzjonali tas-Semi-Pro. Huwa mħarreġ miċ-champion tal-boxing mondjali Super Steve Martin u ppromovut minn Demis Tonna. 

Tajjeb ngħidu li l-boxing huwa l-iktar sport li qed jikber b’mod veloċi f’Malta, b’organizzazzjonijiet ta’ klassi mondjali bħal m’huma l-Prize Boxing Promotions, Vaughan Boxing u l-EBF Malta jorganizzaw avvenimenti sold out madwar Malta. 

Intant, f’kummenti li għadda r-rappreżentant ta’ Sport In Malta, Marc James, huwa saħaq li Mario huwa wieħed mill-iktar boxers żgħażagħ dedikati li qatt iltaqa’ magħhom. Dan hekk kif ikun l-ewwel wieħed fil-gym filgħodu u l-aħħar wieħed li jħalli l-istess post. James afferma li Mario sar mudell u xempju għall-boxers żgħażagħ f’pajjiżna. 

More in Sports