Parità li ma tikkuntenta lill-ebda tim

Naxxar L.    1

Floriana      1

Il-konfront bejn Naxxar Lions u Floriana intemm f’parità ta’ 1-1 li żgur li ma kkuntenta lill-ebda tim hekk kif Naxxar Lions għadhom ifittxu l-ewwel rebħa fl-istaġun waqt li Floriana għandhom tliet punti vantaġġ fuqhom hekk kif għandhom sitt punti.  

Floriana fetħu l-iscore fit- 18-il minuta meta l-plejer mis-Slovenja Vito Plut  mill-viċin tefa’ l-ballun fis-saqaf tax-xibka. 

Naxxar Lions rebħu penalty fl-34 minuta meta plejer ta’ Naxxar Lions mess il-ballun b’idu fil-kaxxa iżda mill-penalty spot, l-attakkant prolifiku Brażiljan Gilmar da Silva Ribeiro kellu x-xutt fjakk tiegħu milqugħ bi bravura  mill-goalkeeper Taljan ta’ Floriana, Valerio Senatore, wara li ntefa’ minn tulu fl-art. Fis-60 minuta Naxxar Lions rebħu t-tieni penalty fil-logħba, din id-darba meta Emanuel Briffa waqqa’ lil Terrence Vella fil-kaxxa. Mill-11-il metru Pape Gueye li matul l-istaġun li għadda niftakruh jilgħab ma’ Sliema Wanderers, ma żbaljax biex ġab l-iskor indaqs għan-Naxxarin. 

Fil-65 minuta, Floriana kellhom okkażjoni tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ iżda kienu sfortunati meta l-BOV Plejer tal-Logħba Vito Plut kellu t-tentattiv tiegħu jistampa mal-wieqfa. Fid-69 minuta, Naxxar Lions qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 plejers meta tkeċċa għalihom Angus Buhagiar permezz ta’ karta ħamra diretta minħabba azzjoni anti-sportiva fuq plejer avversarju. 

Naxxar L. - Azzopardi, Scicluna, Edet, Vella (Cassar 90’), Del Negro, Gueye, Falzon (Mbachy Eminike 78’), Da Silva Ribeiro, Doffo (Bellia 70’), Buhagiar, Reano

Floriana - Senatore, Scicluna, Moreira Cobo, Pisani, Borg, Plut (Galea 89’), Piciollo, Briffa,  Samb (Marcelina 57’), Farrugia, Borg (Spiteri 28’) 

Referi - Mario Apap

Vito Plut

Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti.

Twieled fit-8 ta’ Lulju 1988 fis-Slovenja

Jilgħab fl-irwol ta’ attakkant

Qabel ingħaqad ma’ Floriana, kien jilgħab ma’ FC Saarbrucken

More in Sports