Floriana miżmuma f’parità minn Żebbuġ

Floriana    3

Żebbuġ     3

Żebbuġ Rangers rebħu punt prezzjuż fl-aħħar mumenti tal-konfront tagħhom kontra t-tim fuq il-karti superjuri ta’ Floriana hekk kif temmew din il-logħba f’parità ta’ 3-3. 

Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża meta wara biss ħames minuti Gary Muir għadda through pass lejn Vito Plut li kellu x-xutt tiegħu mneħħi minn fuq il-linja minn Yessous Camilleri. 

Żebbuġ Rangers fetħu l-iskor fl-24 minuta meta minn freekick ta’ Carlo Monti, Bojan Mamic għola tajjeb u tefa’ fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras ferm tajba. Floriana ġabu l-iskor indaqs fit-43 minuta meta Brooke Farrugia għadda l-ballun bir-ras lejn il-plejer mis-Slovenja Vito Plut li permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ fix-xibka.

Kif mistenni Floriana għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari fil-ftuħ tat-tieni taqsima u wara biss ħames minuti logħob, huma kellhom ċans li jsibu x-xibka meta minn through pass ta’ Gary Muir, il-ballun spiċċa f’saqajn Vito Plut li ra x-xutt b’saħħtu tiegħu jintemm ġewwa. Żebbuġ Rangers marru fil-vantaġġ fl-24 minuta meta wara li rċieva minn freekick ta’ Carlo Monti, Bojan Mamic bħas-soltu għola tajjeb u tefa’ fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras b’saħħitha. 

Fit-58 minuta Floriana komplew jiskorjaw meta l-BOV Plejer tal-Logħba Emerson Marcelina qassam il-ballun ’il quddiem lejn il-plejer internazzjonali Steve Pisani li daħal bħala sostitut fil-ftuħ tat-tieni taqsima li minn quddiem il-goalkeeper avversarju għamilhom 3-1 favur Floriana. 

Iżda Żebbuġ Rangers kellhom intenzjonijiet oħra hekk kif minuta biss wara huma reġgħu daħlu fil-logħba meta rebħu penalty hekk kif Steve Bonnici waqqa’ lil John Nwoba fil-kaxxa u mill-11-il metru Carlo Monti tefa’ ġewwa.

Finalment, Żebbuġ Rangers, ġabu l-iscore indaqs bies salvaw punt prezzjuż fit-88 minuta permezz tas-sostitut Maurico Osmar Rodrigues Britto li permezz ta’ xutt angulat tefa’ wara l-goalkeeper Taljan, Senatore. 

Floriana - Senatore, Scicluna, Marcelina, C. Borg (Pisani 46’), Plut (Samb 68’), Piciollo, Briffa, Farrugia (J. Borg 71’), Muir,  S. Borg, Bonnici

Żebbuġ R. - Farrugia, Paris (Ciantar 82’), M. Gauci, Mandic, Camilleri, Diaz Serrano, Muchardi, Nwoba, Carlo Monti, C. Gauci, Mamic (Britto 63’)

Referi - Andrè Arciola

Emerson Marcelina

Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti

Twieled fl-24 ta’ Frar 1991 fil-Brażil

Jilgħab fl-irwol ta’ plejer ta’ nofs il-grawnd ċentrali

Huwa wieħed mill-akkwisti li għamlu Floriana matul dan is-sajf

More in Sports