Il-Malta Pool Association tħabbar staġun mimli attivitajiet

Il-logo tal-Malta Pool Association
Il-logo tal-Malta Pool Association

Għas-27 sena konsekuttiva l-Malta Pool Association hejjiet programm ta’ attivitajiet għad-dilettanti kollha tal-pool ġewwa pajjiżna. F’dan l-istaġun, li se jkollu bidu fit-22 ta’ Settembru, l-assoċjazzjoni se tkun qed torganizza kampjonati tat-timijiet, li se jkunu maqsuma f’erba’ diviżjonijiet, li jibdew f’Jannar u jispiċċaw f’Ġunju: team knockout maqsuma f’żewġ kategoriji li jkollha l-bidu tagħha f’Novembru, il-Christmas Cup li tintlagħab f’Diċembru, l-Easter Cup li tintlagħab f’April u s-Super Cup li tinżamm f’Ġunju. 

Fil-kategoriji individwali l-assoċjazzjoni se torganizza seba’ ‘Ranking Tournaments’ li jinkludu l-kategoriji tal-irġiel, Under 18’s, Under 23’s u Over 50’s. Barra dawn is-serje ta’ ‘Ranking Tournaments’ l-assoċjazzjoni se torganizza wkoll ‘Qualifier Tournaments’ għall-kampjonati mondjali. 

Impenn importanti għall-assoċjazzjoni f’dan l-istaġun se jkun l-organizzazzjoni tal-kampjonati Ewropej ġewwa pajjiżna. Din se tkun is-sitt darba li l-assoċjazzjoni ġiet fdata bl-organizzazzjoni tal-aktar kampjonati importanti fl-Ewropa. Dawn se jsiru bejn l-14 u l-20 ta’ Frar f’lukanda f’San Pawl il-Baħar.

Għaldaqstant l-assoċjazzjoni qiegħda tilqa’ applikazzjonijiet ta’ affiljazzjoni fi ħdanha. Klabbs jew bars li huma interessati li jieħdu sehem għandhom iċemplu lis-Segretarju Ġenerali tal-assoċjazzjoni, Vincent Degiorgio, fuq 21677923 jew 79499117, jew jiktbu fl-indirizz tal-assoċjazzjoni P.O Box 33, Paola. jew permezz ta’ imejl fuq jew [email protected] jew jiksbu l-informazzjoni mis-sit tal-assoċjazzjoni www.maltapoolassociation.com jew il-paġna ta’ Facebook. 

More in Sports