Stevie Camilleri jibqa’ fl-Italja iżda jbiddel it-tim

Stevie Camilleri meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-aqwa plejers jekk mhux l-aqwa plejer li pproduċa l-waterpolo lokali f’kull żmien se jibqa’ jilgħab fl-Italja iżda se jbiddel it-tim hekk kif se jingħaqad mat-tim li jimmilita fis-Serie A2, 7 Scogli.

Stevie Camilleri - bla dubju wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-waterpolo lokali
Stevie Camilleri - bla dubju wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-waterpolo lokali

Stevie Camilleri meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-aqwa plejers jekk mhux l-aqwa plejer li pproduċa l-waterpolo lokali f’kull żmien se jibqa’ jilgħab fl-Italja iżda se jbiddel it-tim hekk kif se jingħaqad mat-tim li jimmilita fis-Serie A2, 7 Scogli. Dan wara li f’dawn l-aħħar sitt snin huwa lagħab mat-tim mis-Serie A1 Rari Nantes Bogliasco fejn fl-aħħar staġun skorja 41 gowl u kumpessivament fis-sitt snin li huma skorja xejn inqas minn madwar 300 gowl – fatt li juri biċ-ċar il-klassi straordinarja li jippossjedi dan il-plejer tal-waterpolo impekkabbli.

Dan il-ġurnal iltaqa’ ma’ dan il-plejer fejn talbu jagħtina l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida ma’ dan it-tim ġdid fl-Italja – 7 Scogli. 

Huwa sostna li “Ninsab kuntent ħafna li ngħaqadt ma’ 7 Scogli. Kont f’kuntatt ma’ diversi klabbs oħra kemm mill-Kampjoant tas-Serie A1 kif ukoll minn dak tal-A2. Iżda wara li ltqajt mal-President tal-klabb hawnhekk f’Malta u ddiskutejna t-tragwardi tal-klabb u l-proġetti għall-istaġuni li ġejjin, ħadt id-deċiżjoni li ningħaqad magħhom. Ma nistax niċħad li l-fatt li dan it-tim jirrappreżenta lokalità li tinsab iktar viċin ta’ pajjiżna affetwat ukoll id-deċiżjoni tiegħi.”

More in Sports