Staġun mill-aqwa għal Michael Rizzo ma’ Valletta United

Jekk hemm plejer li impressjona sa issa fil-kampjonat lokali tal-waterpolo, dan bla dubju li hu l-plejer żagħżugħ Michael Rizzo li jilgħab ma’ Valletta United

Michael Rizzo ppreżentat bl-unur prestiġjuż tal-Aqwa Plejer għax-Xahar ta’ Lulju
Michael Rizzo ppreżentat bl-unur prestiġjuż tal-Aqwa Plejer għax-Xahar ta’ Lulju

Jekk hemm plejer li impressjona sa issa fil-kampjonat lokali tal-waterpolo, dan bla dubju li hu l-plejer żagħżugħ Michael Rizzo li jilgħab ma’ Valletta United – tim li bl-akkwisti li għamel matul l-aħħar xhur ħoloq bosta sorpriżi bil-wirjiet u bir-riżultati ferm pożittivi li kiseb sa issa. 

Rizzo rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għax-xahar ta’ Lulju għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu – unur prestiġjuż li kull plejer li jimmilita fil-waterpolo lokali xi darba joħlom li jirbaħ. Dan inkuruna wirjiet mill-aqwa li Rizzo kellu matul ix-xahar ta’ Lulju. ILLUM tkellmet ma’ dan il-plejer innifsu fejn talbitu x’fisser għalih dan l-unur. 

 “B’modestà ngħid li l-fatt li rbaħt l-unur tal-aqwa plejer tax-xahar għal Lulju kienet xi ħaġa sabiħa. Jien waqaft nilgħab il-waterpolo f’nofs l-istaġun tal-2012 wara li kont sofrejt minn injury f’sieqi u minħabba raġunijiet oħra personali. Għalhekk il-fatt li rbaħt dan il-premju personali wara staġun u nofs ma nitħarriġx, waqt li bdejt it-taħriġ tal-pre-season erba’ xhur tard, jista’ jitniżżel bħala l-isbaħ mument fil-karriera tiegħi sa issa fil-waterpolo, bla dubju, ovvjament fuq bażi personali!” 

More in Sports