“Nispera li ngħin lill-klabb jilħaq l-għanijiet tiegħu” – Carlo Mamo

Carlo Mamo fl-azzjoni mal-eks tim tiegħu Tarxien Rainbows kontra Floriana
Carlo Mamo fl-azzjoni mal-eks tim tiegħu Tarxien Rainbows kontra Floriana

M’hemmx dubju li fost l-iktar timijiet li kellhom kampanja b’akkwisti qawwija f’dan is-sajf kien hemm il-klabb tal-Ewwel Diviżjoni Pembroke Athleta li akkwista plejers bl-isem ta’ Roderick Bajada, Ayrton Azzopardi, Lucky Onerou, Demba Tourè u l-plejer veteran Carlo Mamo. U kien propju ma’ dan il-plejer li dan il-ġurnal għamel kuntatt biex jitolbu l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida tiegħu ma’ Pembroke Athleta u kif jaħseb li l-esperjenza tiegħu se tkun qed tgħin lid-diversi plejers żgħażagħ li jinkludi fih dan it-tim. 

Hu qal li “Pembroke hemm ambjent sabiħ ħafna u set-up tajjeb. Hemm diversi plejers żgħar tal-klabb li għandhom potenzjal. Jien għadni qed nirkupra minn injury u meta tqis li l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni jibda f’Settembru kienet l-aħjar għażla għalija. Kuntent li se nerġa’ nilgħab ma’ tliet plejers li lgħabt magħhom ma’ Tarxien Rainbows jiġifieri Andrew Agius, Roderick Bajada u Demba Tourè. Nispera li bl-esperjenza tiegħi ngħin lill-klabb jilħaq l-għanijiet tiegħu matul dan l-istaġun.”

More in Sports