Il-Malta Pool Association tagħlaq is-26 staġun bil-preżentazzjoni tal-unuri

Il-Malta Pool Association għalqet is-26 staġun tagħha bil-preżentazzjoni tal-unuri kollha mirbuħa matul l-istaġun.  F’dan l-istaġun l-assoċjazzjoni kellha mhux anqas minn 50 tim jieħu sehem fil-kampjonati tagħha kif ukoll 500 plejer attivi fil-kompetizzjonijiet matul l-istaġun.  

Clayton Attard ippreżentat bit-trofew bħala champion nazzjonali tal-Pool
Clayton Attard ippreżentat bit-trofew bħala champion nazzjonali tal-Pool

Ħamrun Liberty iddominaw billi rebħu l-Kampjonat Premier Logografix, Maltasightseeing Team Knockout, Delicata Easter Cup Tournament kif ukoll is-Super Cup. The Venue Bar Żurrieq rebħu l-kampjonati tal-Ewwel Diviżjoni filwaqt li Ian’s Sports Club kisbu r-rebħ tat-Tieni Diviżjoni.  Qormi Football Ground irritornaw fi ħdan l-għaqda u rebħu l-kampjonati tat-Tielet Diviżjoni.  Il-kompetizzjoni knockout riservata għat-timijiet tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni ġiet mirbuħa minn Espadon Bar. 

Fil-kampjonati individwali Clayton Attard kiseb it-titlu nazzjonali filwaqt li Scott Muscat, Troy Zammit u Alfred Attard rebħu l-kategoriji Under 18’s, Under 21 u Over 50’s rispettivament. 

Matul is-serata ġew ippremjati bosta plejers oħra li rebħu ranking tournaments matul l-istaġun.

More in Sports