Intervista Lokali Barranin

Il-Ġiljaniżi jissieltu mal-ġostra

Il-Ġostra tiddomina ix-xatt ta' San Ġiljan

Liam Carter / 19 t'Awwissu 2017 19:39
ritratt: Chris Mangion
Il-festi ta’ Malta joħolqu sensazzjoni vibranti f’kull lokalità. Il-logħob tan-nar, it-tiżjin tat-toroq, illuminazzjonijiet kollha jgħinu biex jinħoloq ambjent awtentiku u uniku għal pajjiżna. Madankollu, ċertu tradizzjonijiet li kienu norma fl-imgħoddi bħat-tiġrijiet bil-bhejjem, is-sunetti u l-ikla ta’ jum il-festa sfortunatament sfaxxaw, jew inkella saru rarità.

Għaldaqstant, il-ġostra, li hi tradizzjoni oħra marbuta mal-festi, irreżistiet il-bidla li jġib miegħu il-miġja taż-żmien u għalhekk, għadha issir f’bosta festi madwar Malta u Għawdex.

Il-logħba tradizzjonali tal-ġostra reġgħet iddominat ix-xatt ta’ San Ġiljan hekk kif bosta kompetituri ħadu sehem f’din it-tradizzjoni, li b’mod konsistenti baqgħet popolari mar-residenti,  kif ukoll mat-turisti.

L-għeruq tal-ġostra jmur lura għal żmien l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, bl-arblu mimdud kien jitwaħħal mix-xatt għal fuq il-baħar, dan kien jiġi midluk bix-xaħam, u fit-tarf tiegħu kien jintrabat xi pakkett b’xi ħaġa tal-ikel ġewwa fih. Min kien jirnexxielu jasal sat-tarf u jiġbor il-pakkett tal-ikel, kien jerbaħ dak il-premju.

Il-karatteristiċi fil-qalba tal-logħba Medjevali ma tantx evolvew sal-lum il-ġurnata, apparti l-fatt li flok pakkett tal-ikel marbut fuq it-tarf tal-arblu tiġi minflok imwaħħla bandiera, ċertament il-kompitu diffikultuż għal dawk il-persuni li jieħdu sehem, baqa’ ma nbidilx.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook