Hazard jagħżel lil Chelsea minflok Real Madrid

L-attakkant internazzjonali Belġjan ta’ Chelsea, Eden Hazard, jifraħ wara wieħed mill-gowls li skorja matul dan l-istaġun
L-attakkant internazzjonali Belġjan ta’ Chelsea, Eden Hazard, jifraħ wara wieħed mill-gowls li skorja matul dan l-istaġun

Huma ferm rari dawk il-mumenti meta plejer ikollu offerta mingħand il-klabb bi storja glorjuża bħal mhu dak ta’ Real Madrid u ma jaċċettahiex. Però, fil-ħajja kollox jista’ jkun u dan kien il-każ tal-attakkant prolifiku Belġjan ta’ Chelsea, Eden Hazard. 

Dan wara li fil-ġimgħat li għaddew kien hemm bosta spekulazzjonijiet fil-media li huwa seta’ jħalli lit-team immexxi mill-Ispecial One, Jose Mourinho, biex jibda avventura ġdida fi Spanja mal-ġganti ta’ Real Madrid. Iżda, fi stqarrija, Eden Hazard, kien pront u tenna li huwa jixtieq jibqa’ jilgħab ma’ Chelsea fejn jinsab kuntent ħafna, u għalissa għadu mhux interessat li jingħaqad ma’ Real Madrid. 

More in Sports