[RITRATTI] Ruma attakkata

miIl-partitarji Olandiżi ta' Feyenoord li għamlu ħerba minn Piazza di Spagna

Fuq kontijiet ta' Twitter tal-ISIS kien hemm min kiteb li l-ISIS iridu jattakkaw Ruma u kulħadd jitkellem dwar dan, iżda Ruma ġiet attakkata verament minn belt Ewropea oħra meta eluf ta' partitarji Olandiżi ta' Feyenoord qabel il-partita li t-team tagħhom qed jilgħab f'Ruma fl-Europa League għamlu ħerba minn Ruma, speċjalment minn Piazza di Spagna.

Il-partitarji Olandiżi iġġieldu bis-sħiħ kontra l-pulizija Taljana fejn tefgħu flares lejn il-pulizija u oġġetti oħra u diversi pulizija sfaw feruti. Hemm 9 pulizija feruti u tliet partitarji. Il-pjazza u l-famużi Spanish Steps spiċċaw mimlija bil-fliexken tal-birra u ħmieġ ieħor, filwaqt li l-funtana li għadha kif ġiet restawrata spiċċat b'xi ħsarat fiha.

Nhar l-Erbgħa wkoll kien hemm ġlied bejn il-pulizija u l-partitarji Olandiżi fejn 23 partitarju Olandiż ġew arrestati f'Campo de Fiori. 

 

 

More in Sports