Bosta ismijiet ta’ klassi jitħallew barra mil-lista finali tal-kandidati għall-aqwa difensuri fid-dinja

Huwa diffiċli għal xi wħud biex iniżżluha li ċerti difensuri ġew inklużi f’din il-lista

Il-kandidati finali għall-aqwa difensuri tas-sena 2014
Il-kandidati finali għall-aqwa difensuri tas-sena 2014

Hekk kif ftit tal-jiem ilu, ħarġet il-lista tal-kandidati tal-aqwa difensuri tad-dinja skond il-FIFA, qamet xi ftit tal-kontroversja hekk kif bosta difensuri ta’ statura tħallew barra mill-istess lista. Fost dawn id-difensuri nsibu il-left back ta’ Atletico Madrid Miranda li anki ħa rwol ċentrali wara d-diżappunt tal-Brażil fit-Tazza tad-Dinja li saret fl-istess pajjiż. 

U biex insemmu plejer ieħor ta’ Atletico Madrid, insemmu lil Juan Fran li kien plejer indispensabbli għas-suċċess li kellhom Atletico matul l-istaġun li għadda fejn spiċċaw biex rebħu l-Liga Spanjola waqt li ġew runners-up fil-UEFA Champions League. Difensuri ta’ ċertu importanza u statura li baqgħu barra mill-istess lista huma John Terry u Gary Cahill. 

Għalkemm mhux kulħadd jista’ jaqbel fuq l-għażla finali mill-FIFA huwa diffiċli għal xi wħud biex iniżżluha li ċerti difensuri ġew inklużi f’din il-lista. Fost dawn il-plejers nistgħu nsemmu lil Dani Alves, David Luiz u Thiago Silva. 

Nibdew minn David Luiz li lanqas kien jibda mal-ewwel 11 ma’ Chelsea fl-istaġun li għadda waqt li wettaq diversi żbalji fid-difiża waqt l-istadju tan-Knockout tat-Tazza tad-Dinja. Sorpriża f’din il-lista huwa l-plejer ta’ Real Madrid Rafel Varane li għalkemm kellu bidu tajjeb matul dan l-istaġun u lagħab tajjeb fil-finali tal-UEFA Champions League, matul l-istaġun li għadda huwa lagħab biss 14-il logħba bil-flokk tal-Galacticos. 

Huwa ċar ħafna li din is-selezzjoni mill-FIFA xxaqleb ħafna lejn plejers ta’ Real Madrid u Barcelona. Dan huwa rifless ċar fl-inklużjoni ta’ Iker Casillas fost il-goalkeepers kandidati fejn ilkoll nafu li dan il-goalkeeper naqqas ħafna mill-potenzjal tiegħu matul dawn l-aħħar snin għas-spejjeż tal-goalkeeper ta’ Manchester United David de Gea fost oħrajn. 

Għaddew biss sentejn minn meta l-attakkant prolifiku Kolumbjan Radamel Falcao fejn l-uniku player li ma jilbisx il-flokk ta’ Real Madrid jew Barcelona li m’għamilhiex fis-selezzjoni tal-2012, waqt li t-tim tas-sena li għaddiet kien jinkludi xejn inqas minn sitt players ġejjin miż-żewġ timijiet li bejniethom jilagħbu fl-El Clasico għalkemm Bayern Munich kienu rebħu treble storiku. Dan hekk kif tliet plejers biss kienu għamluha fl-iskwadra finali tal-aqwa 11 skont kif magħżula mill-FIFA. 

FIFPro Tim tas-Sena Difensuri Nominati 

Isem    Klabb    

David Alaba    FC Bayern    

Vincent Kompany    Manchester City

Jordi Alba    Barcelona    

Philipp Lahm    FC Bayern

Dani Alves    Barcelona    

Marcelo    Real Madrid

Jerome Boateng    FC Bayern    

Javier Mascherano    Barcelona

Dani Carvajal    Real Madrid    

Pepe    Real Madrid

David Luis    PSG    

Gerard Pique    FC Barcelona

Filipe Luis    Chelsea    

Sergio Ramos    Real Madrid

Diego Godin    Atletico Madrid

Thiago Silva    PSG

Mats Hummels    Borussia Dortmund

Raphael Varane    Real Madrid

Branislav Ivanovic    Chelsea    

Pablo Zabaleta    Manchester City

More in Sports