Marquez jiddomina u jirbaħ il-pole tal-Arġentina

Il-fenomenu Spanjol Marc Marquez iddomina u rebaħ il-pole position tal-Arġentina biex b’hekk irreġistra t-tielet pole tiegħu matul dan l-istaġun u t-12-il pole tiegħu fil-karriera mill-aqwa tiegħu. Tajjeb ngħidu li l-Grand Prix li se jsir illum fl-Arġentina huwa l-ewwel wieħed fi 15-il sena.

Sa issa Marquez rebaħ l-ewwel żewġ tlielaq tal-istaġun f’Doha u Austin u fuq il-mutur tiegħu Honda kien 0.742 sekondi iktar veloċi miċ-champion mondjali tal-2010 u l-2012 Jorge Lorenzo fuq Yamaha. Fit-tielet post spiċċa sieħeb Marquez fuq Honda, Dani Pedrosa li b’hekk se jkun qed jibda mir-ringiela prinċipali.

More in Sports