Marquez jikseb il-pole position u jikser rekord f’Jerez fi Spanja

Marc Marquez
Marc Marquez

F’temp ikkaratterizzat minn sħana qawwija, il-fenomenu Spanjol Marc Marquez irnexxielu jikseb il-pole position f’Jerez fi Spanja waqt li kiser ukoll ir-rekord tal-istess ċirkwit. Tajjeb ngħidu li dan kien il-100 tmiem il-ġimgħa ta’ Grand Prix fil-karriera mill-aqwa ta’ Marquez. Huwa kiseb ħin ta’ 1:38:120 li fisser 0.421 sekondi aħjar mill-ħin li kiseb is-sewwieq Lorenzo fuq Yamaha MotoGP u 0.510 sekondi aħjar minn sieħbu fuq Repsol Honda Dani Pedrosa. 

Fir-raba’ post spiċċa t-Taljan Valentino Rossi li tajjeb ngħidu li din it-trakka tfisser ħafna għalih hekk kif huwa l-iktar sewwieq li rebaħ Grand Prix fl-istess ċirkwit, fejn kiseb sitt rebħiet matul il-karriera ta’ suċċess liema bħalu tiegħu. 

Fil-ħames post temm Aleix Espargaro fuq NGM Forward Racing waqt li fis-sitt post temm it-Taljan Andrea Dovizoiso fuq Ducati Team. Tajjeb ngħidu li Espargaro kellu inċident żgħir lejn l-aħħar minuti ta’ din il-pole position fejn kawża ta’ hekk falla milli jikseb post aħjar fil-klassifika.

More in Sports