Il-maskot, il-ballun u l-istrument uffiċjali

Bħas-soltu waqt it-Tazza tad-Dinja fil-Brażil se jkun hemm il-maskot, il-ballun u l-istrument uffiċjali. Il-Fuleco se jkun il-maskot uffiċjali, il-Brazuca - il-ballun uffiċjali waqt li l-Caxirola se jkun l-istrument uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 2014. F’dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa dettaljata lejn kull wieħed minn dawn.

Fuleco - il-maskot uffiċjali
Fuleco - il-maskot uffiċjali
Brazuca - il-ballun uffiċjali
Brazuca - il-ballun uffiċjali
Caxirola - L-istrument uffiċjali
Caxirola - L-istrument uffiċjali

Fuleco – Il-maskot uffiċjali
Ġie magħżul wara votazzjoni ta’ tliet xhur fil-Brażil, fejn ħadu sehem xejn inqas minn 1.7 miljun persuna. Huwa annimal maħbub bil-kelma FUL tirreferi għall-futbol u EKO għall-Ekoloġija. Huwa maskot maħbub ħafna li jirrappreżenta l-passjoni tal-futbol għall-Brażiljani li għalihom dan l-isport huwa meqjus bħala reliġjon, kif ukoll il-ħbiberija naturali. Ismijiet oħra li kienu suġġeriti biex jiġu magħżula flok Fuleco kienu Zuzeco u Amijubi.

Brazuca – Il-ballun uffiċjali
Il-ballun uffiċjali li se jkun  użat waqt it-Tazza tad-Dinja se jkun Adidas Brazuca. L-isem għal dan il-ballun  ingħata wara vot pubbliku ta’ iktar minn miljun ruħ. Ismijiet oħra suġġeriti kienu Bossa Nova u Carnavalesca.

Caxirola – L-istrument uffiċjali
Kien ċertifikat mill-Ministeru tal-iSport Braziljan bħala l-istrument uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil bħalma kienet il-vuvużela li tant ħolqot kontroversja minħabba l-ħoss ferm stramb u anitpatiku tagħha fit-Tazza tad-Dinja li saret fl-Afrika ta’ Isfel erba’ snin ilu fl-2010. Il-ħoss tal-Caxirola mhuwiex daqstant qawwi, minħabba l-fatt li ġie ddisinjat apposta biex ikun wieħed aċċettabbli u biex ma jdejjaqx lill-eluf ta’ partitarji preżenti fid-diversi grawnds li fihom se jkunu qed jintlagħbu l-64 logħba validi mit-Tazza tad-Dinja.

More in Sports