Filmat | Kieku din il-ġimgħa Enzo Gusman tal-festa u jkanta minn qalbu l-innu: Viva Dejjem

Fil-ġimgħa tal-festa tas-Sacro Cuor ta' Tas-Sliema ma nistgħux ma niftakrux fil-memorja ta' Enzo Gusman iben din il-parroċċa

Kieku għadu ħaj, Enzo Gusman huwa tal-festa. Il-kantant tant maħbub mill-Maltin huwa iben il-Parroċċa tas-Sacro Cuor ta' Tas-Sliema u għex tfulitu għad-dell ta' dan is-Santwarju Marjan.

Anke jekk ma għadux magħna, żgur li leħnu se jibqa' jidwi mat-toroq ta' Tas-Sliema f'dawn il-jiem, hekk kif hu kien għamel l-arranġament mużikali għall-Innu Popolari Viva Dejjem.

Għal diversi snin huwa kien ikanta live dan l-innu fid-dħul tal-purċissjoni u fl-aħħar snin, kemm kien ilu jgħix barra, leħnu xorta waħda kien jinstema' hekk kif għal diversi snin kien jindaqq l-istess innu li rrekordja. 

L-istess innu ndaqq ukoll fil-funeral ta' Gusman fil-Kanada fejn kien jgħix għal dawn l-aħħar snin.

Strieħ fis-sliem Enzo. Ma ninsewk qatt.

More in Festi