Filmat | L-istorja u l-polemika wara s-Sancte Paole ... nhar il-Ħadd fuq il-gazzetta ILLUM

Din is-sena, fis-sensiela tagħha dwar il-festi, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tidħol aktar fil-fond tal-antifoni l-aktar popolari li jindaqqu fil-gżejjer Maltin

Immarkat l-istorja tal-antifona fil-Festa Maltija iżda l-polemika dwarha ma naqsitx. Illum il-ġurnata hija waħda mill-aktar antifoni popolari fil-gżejjer Maltin.

Din is-sena, fis-sensiela tagħha dwar il-festi, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tidħol aktar fil-fond tal-antifoni l-aktar popolari li jindaqqu fil-gżejjer Maltin.

L-antifona tista’ tiġi deskritta bħala innu ċelebrattiv għall-qaddis jew il-qaddisa li lilu jew lilha tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa. Anke jekk bil-Latin, x’aktarx li tkun waħda, jekk mhux l-aktar biċċa xogħol mużikali popolari mad-dilettanti ta’ dik il-festa partikolari.

Iżda din l-antifona minn fejn ġejja? U s-Sancte Paole? Meta nkitbet? X’għamel differenti Paolo Nani? Għaliex kien hemm kontroversja dwarha? U l-kliem tagħha xi jfisser bil-Malti?

Dawn il-mistoqsijiet jitwieġbu kollha f’paġni 10 u 11 tal-gazzetta ILLUM ta’ nhar il-Ħadd li ġej, 9 ta’ Frar, lejlet is-solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.

Sadanittant, isma’ hawn taħt l-antifona:

More in Festi