Se tirritorna fit-toroq ta' Ħal Luqa wara nuqqas ta' 30 sena

Nhar il-Ħadd 25 ta' Awwissu se terġa' tinħareġ ix-xbieha tal-Madonna taċ-Ċintura

Wara nuqqas ta’ 30 sena, nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu se terġa’ tinħareġ fit-toroq ta’ Ħal Luqa l-istatwa devota tal-Madonna taċ-Ċintura.

Kienet ilha ħafna x-xewqa tal-Luqin li din il-vara terġa’ tibda tinħareġ f’purċissjoni u din is-sena, l-awtoritajiet tal-Knisja, taw il-permess biex issa x-xewqa tal-Luqin saret realtà.

Il-permess inħareġ fl-okkażjoni tat-tielet ċentinarju mit-twaqqif tal-Fratellanza ddedikata lil Madonna taċ-Ċintura.

Nhar is-Sibt 24 ta’ Awwissu se tkun qed issir adorazzjoni u velja marjana fl-okkażjoni ta’ dan iċ-ċentinarju importanti.

L-għada, il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, fit-8:30am se ssir quddiesa kantatat tal-festa fil-Knisja Parrokkjali biex fid-9:30am joħroġ pellegrinaġġ bix-xbieha għażiża tal-Madonna taċ-Ċintura.

 

More in Festi