20 sena wara ... Another Summer Night terġa' tirritorna b'differenza

It-tim ta' Fabrizio Faniello ħareġ verżjoni ġdida ta' Another Summer Night li tinkludi wkoll numru ta’ remixes għall-klabbs u anke lil Claudia Faniello

20 sena ilu Fabrizio Faniello rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest. Iva għaddew 20 sena! Kif tar iż-żmien! 

Dik is-sena, Fabiello kien klassifika fid-9 post u kien ħa l-punti massimi mid-Danimarka, il-pajjiż li kien qiegħed jospita l-Eurovision Song Contest.

Il-kanzunetta 'Another Summer Night' kienet kisbet suċċess kbir madwar il-kontinent Ewropej, kemm fil-klassifiki tal-bejgħ kif ukoll dawk tar-radju.

Biex jimmarka dan l-anniversarju, it-tim ta' Fabrizio, ħaseb li joħroġ verżjoni ġdida ta' Another Summer Night, bit-tama li l-verżjoni 2021 tħalli l-istess impatt u tkun suċċess sajfi.

Ir-rilaxx, li jinkludi wkoll numru ta’ remixes għall-klabbs, huwa akkumpanjat minn vidjow ta’ lirika, fejn Fabrizio bħala l-protagonist huwa karattru komiku.

L-istess verżjoni tinkludi wkoll lil oħtu Claudia Faniello, li wkoll kellha ċ-ċans tirrappreżenta ’l Malta fil-Eurovision Song Contest lura fl-2017.

Il-kanzunetta, flimkien mal-vidjow ġew rilaxxati llum.

More in Arti