Il-Minsteru għal Għawdex flimkien mal-Għaqda Ħbieb tal-Presepji se jorganizzaw 'Gozo Arts Weekend’

Din il-'Gozo Arts Weekend’ se seħħ bejn il-Ġimgħa l-24 ta’ Jannar u l-Ħadd 26 ta’ Jannar

Minstru Justyne Caruana
Minstru Justyne Caruana

Bejn il-Ġimgħa l-24 ta’ Jannar u l-Ħadd 26 ta’ Jannar, il-Ministeru għal Għawdex, bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepji – sezzjoni Għajnsielem u l-Parroċċa ta’ Għajnsielem, ser jorganizza l-ewwel weekend fis-sensiela ‘Gozo Arts Weekend’ li ser jiffoka fuq ix-xogħol tal-artist Giuseppe Calì.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li din l-idea, li jiġi organizzat programm ta’ attivitajiet marbuta mal-opri artistiċi f’Għawdex, hija mmirata biex nuru l-kapulavuri li għandna, speċjalment fil-knejjes Għawdxin. 

Caruana qalet ukoll li għandna responsabilità kbira li mhux biss nippreservaw il-wirt artistiku, imma li jitgawda min-nies u li nrawwmu sens ta’ apprezzament, speċjalment fiż-żgħar tagħna.

Caruana kompliet tgħid li "għalhekk ħdimna fuq dan il-kunċett ġdid biex nidentifikaw artisti partikolari u noħolqu programm ta’ attivitajiet marbut max-xogħlijiet li nsibu f’Għawdex billi mhux biss ikollna itinerarju iżda wkoll nies professjonali li jagħmlu taħdidiet ta’ informazzjoni, kunċerti u attivitajiet għat-tfal”. 

Caruana semmiet ukoll li din l-idea setagħti esperjenza intensa ta’ kultura kwalitattivà li tista tinsab f’Għawdex u li riedu jibnu fuq dan. 

Id-Direttur tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex John Xuereb iddeskriva lill-Calì bħala wieħed mill-akbar artisti li qatt kellu pajjiżna fejn iddistingwa ruħu għall-istil realistiku tiegħu u l-influwenzi romantiċi li ikkaratterizzaw ix-xogħlijiet tiegħu.

More in Arti