Mużiċisti ta' fama internazzjonali se jieħdu sehem fil-Malta International Organ Festival

Il-festival jibda nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru u jintemm nhar is-6 ta’ Diċembru

Minn għada, se tkun qed tibda s-sitt edizzjoni tal-Malta International Organ Festival li se jara f’pajjiżna għadd ta’ mużiċisti ta’ fama internazzjonali.

Il-knejjes tagħna, kemm f’Malta u anke Għawdex huma mżejna fl-orgnijiet mill-aqwa u uħud minn dawn se jkunu qed isemmgħu leħinhom f’dan il-festival.

Il-festival jibda għada, il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru b’kunċert ta’ 'Pomp & Splendor’ fil-Katidral Anglikan ġewwa l-Belt Valletta.

Jintemm il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru b’Missa Mundi fil-KonKatidral ta'San Gwann,

Il-Malta International Organ Festival se jkun qed jiddebutta wkoll l-alphorn fil-gżejjer maltin - instrument użat minn dawk li jgħixu fil-muntanji Alpini bħala metodu kommunikattiv tradizzjonali. 

L-għan tal-Malta International Organ Festival hu li jgħaqqad id-dilettanti tal-mużika f'Malta man-natura versatili tal-orgni, li ħafna drabi huwa meqjus bħala strument mużikali purament ekkleżjastiku. 

Tul sensiela ta’ 15-il wirja, l-orgni ser jiġi infuż bl-influwenzi kontemporanji wkoll biex jintlaqtu l-gost ta’ kulħadd.

Fost oħrajn, il-festival huwa mifrux f’diversi knejjes f’għadd ta’ lokalitajiet inkluż il-Qrendi, iż-Żejtun, il-Gudja u l-Isla.

Ara l-programm kollu billi tagħfas hawn.

More in Arti