Ritratti | Il-pittur Antonio Mifsud jesplora possibilitajiet ġodda

Autumn Hues, il-ħames wirja iżda b'differenza tal-artist Antonio Mifsud

Minn għada, fil-Mużew tas-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar se tiftaħ wirja ta’ pitturi tal-artist rinomat Antonio Mifsud.

Autumn Hues jew ilwien il-ħarifa huwa t-titlu ta’ din il-ħames wirja li qed itella’ l-artist.

Il-wirja se tkun miftħa kuljum sal-25 ta’ Novembru bejn id-9:00am u 12:00pm.

Mifsud qiegħed jippreżenta kollezzjoni vasta ta’ pitturi b’tema profana, rurali u astratt u bla dubju jispikka l-istil vivaċi u l-kuluri b’saħħithom li huma marbuta mal-pittur.

Forsi Mifsud huwa aktar magħruf għax-xogħol sagru jew inkella monumentali iżda f’din il-wirja, il-pittur qed jieħu t-talenti tiegħu fi bnadi oħra u jesplora possibbilitajiet li fi kliemu minn dejjem kienu f’moħħu u f’qalbu.

Il-wirja se tkun inawgurata minn Dr Ġorġ Mallia, akkademiku, awtur u artist.

More in Arti