Il-gazzetta 'investigattiva' tal-PN tħallat il-Korea t'Isfel ma' dik ta' Fuq

L-istorja prinċipali ta' Il-Mument tallega li Joe Mizzi u Alex Sciberras Trigona kienu sejrin għal festeġġjamenti tal-Korea ta' Fuq

Joe Mizzi l-ministru tat-Trasport qal li hu minnu li hu sejjer il-Korea iżda l-Korea t'Isfel u mhux dik ta' Fuq. U mhu se jattendi l-ebda festeġġjamenti tas-67 anniverasrju tal-Korea ta' Fuq, iżda konferenza f'Seoul tat-Trasport . Il-Mument fuq il-paġna ta' quddiem b'ittri kbar ġabet li l-Gvern Malti flimkien ma' Joe Mizzi se jattendu għal dawn il-festeġġjamenti fil-Korea t' Fuq. Hi kitbet li din iż-żjara inżammet sigrieta fejn Joe Mizzi kellu jkun akkumpanjat mill-mibgħut speċjali tal-Gvern Alex Sciberras Trigona. Kompliet tgħid li dan kie se jkun xokk fuq il-Maltin għax kulħadd jaf li l-Korea ta' Fuq hemm dittatorjat u r-ripressjoni hi l-ordni tal-ġurnata., fejn il-liberta u d-dinjita umana ma jeżistux f'dan il-pajjiż."

Il-konferenza hi ASEM Symposium on Eurasia Transport and Logistic Network, Seamless Eurasia: Making Connections’ se tkun bejn id-9 u l-11 ta' Settembru li nzertaw l-istess ġranet li se jsiru l-festeġġjamenti tal-Korea ta' Fuq.

Kelliem għal ministeru ta' Mizzi qal lil Malta Today li l-ispejjeż għal vjaġġ se jitħallsu mill-Ministeru tal-art tal-Korea t'Isfel u Joe Mizzi mhux se jkun akkumopanjat minn Alex Sciberras Trigona. "L-uniku xokk li ħa l-poplu" kompla l-kelliemi, "hi l-injoranza tal-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista dwar l-istorja u l-ġejografija."

Fl-istess faċċata dehret ukoll l-istorja dwar li l-pulizija kienet viċin li ssolvi l-każ tad-delitt tal-mara Daniża f'Għawdex fejn irrakkuntat b'mod kważi preċiż kif sar il-qtil, iżda anke hawn il-pulizija ħarġu stqarrija fejn ċaħdu l-istorja kollha ta' il-Mument...

More in Zekzik