Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

'Xi darba kont gay' - U allura se jispiċċa fiċ-ċinema Londra

Matthew Grech, issa mhux biss f'Malta, imma wkoll f'Londra se jfakkar li m'għadux omosesswali grazzi għal River of Love fil-film 'Once Gay'

Albert Gauci Cunningham / 18 ta' Jannar 2019 18:15
Xi darba kien gay...qal
Matthew Grech issa ilu jfakkar lill-poplu Malti u Għawdxi, kważi f'kull opportunità li jkollu, illi xi darba kien omosesswali u issa m'għadux. Jgħid li dan ġara wara li beda jattendi sessjonijiet tar-River of Love. Imma issa l-istorja ta' Grech se tmur Londra, biex issa anke l-Londriżi jkunu jafu li kien omosesswali u ma baqax. 

Jidher illi ftit ġranet wara li l-filmat tiegħu fl-auditions ta' X Factor tniżżel minħabba li Grech kien qed ifakkarna li m'għadux gay, waslu numru ta' nies mir-Renju Unit li xtaqu jagħmlu produzzjoni mill-istorja tiegħu. 

Illum saħansitra ħareġ poster tal-film u trailer. Il-film jismu 'Once gay' li allura, mill-ġdid, jimplika li kien gay u m'għadux. 

Mhux magħruf jekk il-film hux se jintwera f'pajjiżna. 

 

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook