L-eks ta' Mick Jagger tiċħad li binha ġie konċepit f'kamra tal-klieb

It-tifel li għandu 16-il sena  hu s-seba wild ta' Mick Jagger

Jagger 71 sena u Morad 45 sena
Jagger 71 sena u Morad 45 sena

Sir Mick Jagger (71 sena) xejn ma jieħu pjaċir meta xi ħadd jiddubita mill-konkwosti sesswali tiegħu, fejn dareba minnhom anke hedded li jirtira minn tour mal-grupp tiegħu wara li keith Richards kien qal li Jagger għandu duda żgħira 'tiny todger'

Morad flimkien ma' binha ta' 16-il sena li hu s-seba wild ta' Jagger u li ommu qed tgiddeb lil Jagger li dan ma ġiex konċepit f'kamra tal-klieb
Morad flimkien ma' binha ta' 16-il sena li hu s-seba wild ta' Jagger u li ommu qed tgiddeb lil Jagger li dan ma ġiex konċepit f'kamra tal-klieb

U issa jidher li anke l-eks konkwisti tiegħu se jibdew jiftħu ħalqhom dwar dak li kiteb fil-ktieb li ħareġ dwaru MICK: THE WILD LIFE AND MAD GENIUS OF JAGGER. Hu ġie kwotat li qal li ltaqa mal-ġmiel Brażiljana Luciana Morad u qal li kien ħareġ mill-party u spiċċa jkollu x'jaqsam magħha f'kamra tal-klieb fil-ġnien u hemm ġie konċepit binhom, Lucas li llum għandu 16-il sena. Iżda dan il-fatt hu miċħud minn Luciana li qalet li hi mara ta' klassi aktar minn hekk li tmur ikollha x'taqsam ma' persuna f'kamra tal-klieb fejn jista anke jarahom kulħadd. "Tistgħu timmaġinaw lil Mick Jagger f'kamra tal-klieb, jien fuqu u n-nies kollha jħarsu lejna? Qatt ma nasal biex nagħmel dan."

Pero din iċ-ċaħda waslet tliet snin wara li l-ktieb ħareġ għal bejgħ u wieħed jaħseb li kienet ftit tard. Morad (45 sena) kienet il-persuna li minħabba fiha Mick Jagger kien ħassar ir-relazzjoni mal-eks Jerry Hall minħabba li kienet tqila b'ibnu, li kien is-seba wild tiegħu li twieled fit-18 ta' Mejju 1999 fejn Jerry saret taf bit-tifel meta quddiem il-bieb issib gazzetta li fiha kien hemm l-aħbar.

More in Zekzik