Tgħid din l-istatwa għadha tagħmel sens fiż-żmien tal-LUM

Two weights two measures? Il-Kristjani li jaqtgħu l-irjus jiġu ċelebrati u l-Musulmani kundannati?

Huma 'l ħafna li meta raw dan ir-ritratt jiġri fuq facebook daħlu f'qoxrithom meta din l-istatwa li tisimbolizza parti mill-Bibbja meta Ġuditta qatgħet ras Oliferne dehret iddur fuq facebook. Dan minħabba l-fatt li bħalissa terroristi tal-Istat Iżlamiku, l-ISIS qed jużaw il-qtugħ tar-ras (jumejn ilu f'Lyon) bħala simbolu ta' terrur. Filwaqt li fil-festi maltin statwa bl-ebda differenza minn dak li qed isir mill-Musulmani qed tiġi ċelebrata biex issebbaħ it-toroq Maltin waqt il-festa.

Il-fatt hu li sa ftit xhur ilu din l-istatwa anke jekk xorta tirrapreżenta xena makabra fejn bil-ġmiel u tradiment Ġuditta rnexxielha taqta r-ras ta' kmandant terribbli, ftit jew ħadd kien jagħti kasha, iżda fil-ġurnata tal-lum meta l-ISIS saru t-terrur tad-dinja b'filmati u ritratti ta' qtugħ tar-ras ftit jew xejn għadha tagħmel sens.

Tgħid din l-istatwa li tirrapreżenta rakkont bibliku għad hemm postha fiż-żminijiet preżenti meta d-dinja tant qed tiffaċċja ħruxijiet li jixtiebħu ma' dak iż-żmien bibliku?

 

More in Zekzik