Bintha għenitha biex taħdem f’aktar films

Għandek xi ħadd li eventwalment tridu jkun kburi bik – Sienna Miller

L-attriċi Sienna Miller
L-attriċi Sienna Miller

L-attriċi Sienna Miller temmen li bintha bidlitilha ħajjitha u l-karriera tagħha.

Qabel ma kellha ’l bintha Marlowe mal-attur Tom Sturridge sentejn ilu, l-attriċi kienet magħrufa aktar għall-ħajja romantika kaotika tagħha li tinkludi relazzjonijiet diżastrużi ma’ Jude Law u Balthazar Getty milli għat-talent artistiku tagħha.

“Onestament naħseb li jkollok tarbija verament tbiddel kollox. Naħseb minn hemm bdiet... Għandek iktar x’titlef. Għandek xi ħadd li eventwalment tridu jkun kburi bik. Issir konxju tal-mortalità tiegħek. Għalija – kif kelli t-tarbija kelli viżjoni ta’ ħajti – jew ta’ x’kien fadal minnha,” qalet lill-magazin Observer.

Il-maternità għenet biex tikkonvinċi lin-nies fl-industrija tal-films biex jibdew jingaġġawha fil-films. Tammetti li kien hemm persuni responsabbli mill-għażla tal-atturi li kienu mħassbin milli jpoġġu nies li ma japprovawx fil-films tagħhom minħabba li jaqraw fuq l-aħbarijiet.

“Xorta għadni l-persuna li kont qabel.  Forsi iktar matura, imma l-istess. Ċerta li l-opinjonijiet dwari minn nies, li jaħdmu fl-industrija injoranta u redikola tiegħi, inbidlu għax issa jien omm.”

Miller bħalissa qed tidher fil-film American Sniper maġenb Bradley Cooper bid-direzzjoni ta’ Clint Eastwood.

More in Zekzik