[FILMATI] Rabtuha, sawtuha, serquha, qatgħulha xagħarha u poġġew kollox fuq Facebook

Tfajla ta’ 19-il sena tiġi msawta u umiljata lejlet il-Milied mill-għarus u ħames tfajliet oħra

Willis qed isawtuha
Willis qed isawtuha
Willis mal-boyfriend li daħħalha fin-nasba
Willis mal-boyfriend li daħħalha fin-nasba
Cheyenne Fisher waħda mit-tfajliet li sawtitha
Cheyenne Fisher waħda mit-tfajliet li sawtitha
Qed isabbtulha rasha mal-karrozza
Qed isabbtulha rasha mal-karrozza

Cheyanne Willis, ta’ 19-il sena minn Cincinnati  ġiet meħuda fejn il-parkeġġ ta’ kumpless tax-xiri mill-għarus tagħha u hemm sabet ħames tfajliet jistennewha fejn tawha xebgħa papali u qalulha li jekk tgħid lil pulizija, joqtluha.

U dan kollu ġie rrekordjat fuq mobile u mitfugħ fuq Facebook.

Willis l-isptar
Willis l-isptar
Willis mal-boyfriend qabel ittradiha
Willis mal-boyfriend qabel ittradiha

Is-sitta li attakkawha rabtulha jdejha, qatgħulha xagħarha, bdew jagħtuha bis-sieq u bil-ponn, iħabbtulha rasha ma’ karozza u kitbulha isimhom fuq moħħha b’eyeliner barra li serqula $50 mill-kartiera u anke l-mobile. Qattgħulha wkoll il-liċenzja tas-sewqan.

Sadattant ritratti u filmat tal-attakk bla ħniena tagħhom irrekordjawh u tefgħuh fuq il-mezzi soċjali.

Cheyanne qalet li mwerwra u mhux qed titlaq minn taħt djul ommha. Sadattant Quincy Gardner ta’ 20 sena dak li kien l-għarus tagħha u li kien hu li wassalha fil-parkeġġ biex juriha karozza biex tixtriha, ġie akkużat bis-serq u mhux bis-swat tagħha. Anke waħda mit-tfajliet Cheyenne Fisher li allegatament kienet involuta fl-attakk ġiet akkużata. Sadattant Willis se tibqa' titkellem dwar dak li ġara sa ma ssir ġustizzja għax ħadd mill-erbgħa l-oħra ma ġie arrestat. Cheyenne Fisher qed tgħid li tatha xebgħa għax Willis kienet se tisirqilha l-karozza. Hi qalet li kienet sellfitha l-karozza u Willis żammitha aktar minn xahar. Qalet li hi ma sawtitiex iżda tatha daqqiet ta' ħarta biex tbeżżagħha.

Hawn taħt hawn dak li rrakkuntat Fisher fuq it-televiżjoni

More in Zekzik