Jgħid li kerha wisq biex tiġi attakkata sesswalment

Kunsillier Ingliż jirridikola vittma ta' vjolenza sesswali meta qal li kerha wisq biex tattakaha

Il-kunsillier Drury u l-vittma ta' 21 sena
Il-kunsillier Drury u l-vittma ta' 21 sena
Serena Bowes qed tallega li ġiet attakkata sesswalment
Serena Bowes qed tallega li ġiet attakkata sesswalment

Philip Drury membru anzjan tal-kunsill Demokratiku Liberali ta' East Hampshire District Council, kiteb kummenti offensivi fuq Facebook dwar allegata vittma ta' attakk sesswali. Serena Bowes fil-fatt wara dawn il-kummenti ddeċidiet li ma tibqax anonima u toħroġ fl-apert. Dan il-kunsillier qal li ma jemminiex għax kienet kerha wisq biex tiġi vjolentata.

It-tfajla ta' 21 sena qed tallega li ġiet sesswalment attakkata f'nightclub Taljan u ddeċidiet li toħroġ fil-beraħ meta anke l-pulizija qed jgħidu li huma jemmnu li vvintat l-istorja hi. Kien hawn li Drury kiteb, "M'iniex żgur li xi ħadd biss tgħaddilu minn moħħu li jħares lejha aħseb u ara jattakkaha sesswalment."

Wara din il-kontroversja kellu jirriżenja minn kunsillier tal-partit iżda baqa' jżomm is-siġġu bħala membru indipendenti. Fuq Facebook ġie mgħajjar viljakk u bla qalb minn mijiet ta' persuni. Sadattant il-Kunsill għamel inkjesta dwar il-każ u ddeċidew li ma jittieħdu ebda passi dwaru.

L-allegata vittma tista' tiġi estradita l-Italja għax il-pulizija jemmnu li vvintat l-istorja kollha. Bowes hi studenta tal-moda fi Newcastle College u qabel intemmet is-sena marret Firenze bħala parti mill-kors tagħha. Kienet marret nightclub hemm fejn qed tallega li ġiet attakkata.

More in Zekzik