Britney Spears tixtieq iktar tfal

Diġà qed titkellem dwar it-trabi man-namrat tagħha Charlie Ebersol

Britney Spears u Charlie Ebersol
Britney Spears u Charlie Ebersol

Britney Spears diġà qed titkellem dwar li tkabbar il-familja man-namrat tagħha Charlie Ebersol, minkejja li ilha miegħu biss erba’ xhur.

Skont sors tar-RadarOnline li hu viċin tal-kantanta, “Britney qalet li Charlie irid li jkollu t-tfal tiegħu wkoll u jaħseb li hi tkun l-omm perfetta għalihom.”

Is-sors żiedet tgħid li l-koppja l-ħin kollu flimkien u Charlie kapaċi jdaħħaqha ħafna li mid-dehra hi vera diffiċli.

Il-ġimgħa li għaddiet il-koppja ħadet ritratt maż-żewġ uliedha, Sean Preston u Jayden James ta’ tmienja u disa’ snin, fejn kollha kienu lebsin piġami li jaqblu quddiem siġra tal-Milied imżejna. Imbagħad il-Ħamis li għadda dehru f’filmat fuq l-internet fejn hi awgurat sena ġdida tajba lill-ammiraturi tagħha.

Britney Spears ma' wliedha u Ebersol
Britney Spears ma' wliedha u Ebersol

More in Zekzik