[FILMAT – INTERVISTA] Irġiel iħallsu €6,000 fix-xahar biex jixorbu l-ħalib minn sider in-nisa

Jitwaqqaf ċirku ta’ prostituzzjoni fuq l-internet ta’ nisa li jisqu rġiel b'ħalib minn sidirhom

 

Tliet nisa li jitħallsu tajjeb biex jisqu l-ħalib lill-irġiel
Tliet nisa li jitħallsu tajjeb biex jisqu l-ħalib lill-irġiel

Teknikament dawn l-irġiel b’dawn il-gosti huma msejħin lactophilia, fejn dawn iħallsu l-flus biex imorru ma’ nisa u jisquhom il-ħalib minn sidirhom. Il-pulizija waqqfu dawn is-siti fuq l-internet. Fejn anke ġew arrestati 15-il raġel fiċ-Ċina li jmexxu dan iċ-ċirku ġdid ta’ prostituzzjoni. Fejn nisa li jkunu għadhom kif saru ommijiet huma l-aktar popolari ma’ dawn l-irġiel.

 

L-awtoritajiet saru jafu b’dan iċ-ċirku biżarr wara rapport investigattiv mill-Beijing News fejn ir-rapport ħareġ fil-pubbliku kemm dawn l-irġiel lesti li jħallsu biex jixorbu l-ħalib minn sider mara.

 

Id-Daily Mail rrappurtat li waħda minn dawn in-nisa ddaħħal bejn wieħed u ieħor madwar €2,000 fix-xahar biex tisqi l-irġiel. Iżda hemm irġiel li kienu qed iħallsu anke €6,000 u aktar fix-xahar biex jiġu servuti regolarment.

Mara ta’ 23 sena qalet li hemm website waħda li toffri biss ħalib minn sidirha fuq il-website. Iżda qalet li biex jirnexxilha tiggarantixxi klijenti regolari kienet toffrilhom is-sess max-xarba ħalib minn sidirha. Sit minnhom kienet toffri jew ‘pure milk' inkella ‘impure milk’ kienet tirreferi għal ħalib bis-sess ukoll.

Għalkemm ħafna jikkunisdraw dan l-att bħala wieħed moqżież, fiċ-Ċina l-mezzi tax-xandir Ċiniżi qalet li fost is-sinjuruni Ċiniżi dan l-att hu meqjus bħala lussu kbir.

More in Zekzik