(FILMAT) Villaġġ fejn l-irġiel kollha jittrenjaw biex isiru bouncers

Is-subien kollha minn ċkunithom jitrenjawhom bħala bodybuilders

Villaġġ ċkejken fl-Indja qed isir popolari għax jipproduċi bopuncers mibnija ferm sabiħ. L-irġiel li jgħixu f’Asola-Fatehpur Beri qrib New Delhi minn meta jitwieldu jisperaw li jaħdmu bħala bouncers fil-clubs inkella security guards.

Madwar 90 fil-mija ta’ dawk mill-eta ta’ 18 sa 55 kollha rnexxielhom jsibu post bhala bouncers. U dan għaliex minn meta jkunu tfal jiġu mħarrġa biex jibnu ġisimhom. Fil-fatt m’hemmx tifel wieħed li ma jmurx il-gym. U ħadd ma jrid isir inġinier jew tabib iżda bouncer. Kollha jeżerċitaw biex jibnu ġisimhom, ħadd minnhom ma jixrob alkoħol u ħadd ma jpejjep u l-maġġoranza tagħhom huma veġetarjani. Jitħarrġu darbtejn kuljum, tliet sigħat kull darba. Tant huma ‘fit’ li hemm minnhom li anke jirnexxilhom jikkompetu fl-olimpjadi. Hemm minnhom li jibnu ġisimhom billi jerfgħu muturi u tractors qabel imbagħad jirrikorru gġal yoga.

Jaqilgħu madwar €2,000 fis-sena iżda jirnexxielhom jakkwistaw iżjed billi jaħdmu bħala security guards ukoll.

More in Zekzik