Martu Jennifer mbuttatu fil-karriera tiegħu

Minkejja dan Ben Affleck mhux lest li jerġa’ jaħdem magħha

Ben Affleck ma' martu Jennifer Garner
Ben Affleck ma' martu Jennifer Garner

L-attur Ben Affleck jgħid fil-magazin Loaded li kienet martu Jennifer Garner li qalbet il-folja fil-karriera tiegħu.

“Li bdejt insir naf lil Jennifer, meta bdejt insir inħobbha u nkun konness magħha tani pediment biex nilħaq ’il barra u ngħid, okay, sejjer Hollywoodland. Se nidderieġi Gone Baby Gone. Dawk kienu l-passi ’l quddiem li kont neħtieġ biex inpoġġi l-posittività f’xogħli.”

Imma minkejja li martu mbuttatu fil-karriera tiegħu, u ltaqa’ magħha waqt Daredevil, ammetta li mhux lest jerġa’ jaħdem film ieħor magħha.

“Marti u jien għamilna Pearl Harbour u Daredevil. Ma nafx kemm xi ħadd li jrid jerġa’ jarana flimkien.”

Żied jiċċajta li bir-rwol tagħha f’Daredevil  - hi rebħet il-biċċa l-kbira tal-ġlidiet – li tefgħet dawl fuq il-futur tiegħu magħha.

Affleck, li għandu 42 sena, ilu miżżewweġ ma’ Garner għal dawn l-aħħar disa’ snin. Huma żżewġu f’temp ta’ sena minn meta ltaqgħu ma’ xulxin fl-2004 f’ċerimonja intima ħafna bl-uniku mistieden ikun l-attur Victor Gerber li ċċelebra ż-żwieġ. Huma kellhom l-ewwel tifla, Violet Anne, sitt xhur wara li żżewġu. Fl-2009 twieldet Seraphina ‘Sera’ Rose Elizabeth u Samuel fl-2012.

More in Zekzik