Preżentati t-tewmin tar-Renju ta’ Monaco

Il-Prinċep Albert II skopra li huma tifel u tifla hekk kif twieldu

It-tewmin ta' Monaco miżmuma mill-ġenituri rjali
It-tewmin ta' Monaco miżmuma mill-ġenituri rjali

Il-Palazz ta’ Monaco ħareġ numru ta’ ritratti tal-Prinċep Albert II ta’ Monaco ma’ martu Charlene jippużaw mat-trabi tewmin tagħhom Jacques u Gabriella fl-Isptar Princess Grace Hospital f’Monaco.

It-tewmin twieldu fl-10 ta’ Diċembru. Gabriella twieldet fil-5.04pm u Jacques fil-5.06pm. Imma t-tifel se jkun il-Prinċep ta’ Monaco minħabba l-liġi Mediterranja li tagħti t-tron lill-ewwel tifel fil-familja anke jekk ma jkunx l-ewwel wild.

Dawn huma l-ewwel ulied għall-koppja rjali li żżewġet tliet snin ilu. Il-Prinċep, li għandu 56 sena, kien maġenb martu Charlene li hi iżgħar minnu b’20 sena, waqt li welldet lit-tewmin b’Ċesarja. It-tfal twieldu fl-Isptar imsemmi għal nannthom l-attriċi Grace Kelly. Ftit wara s-7.30pm, 42 sparatuta ġew sparati mill-kanuni madwar Monaco, biex jikkonfermaw li t-trabi twieldu. Missierhom irranġa li jkun hemm 42 sparatura minflok il-21 tas-soltu għal tarbija rjali waħda.

It-tewmin huma l-ewwel par fil-familja Grimaldi li tmur lura sat-13-il seklu.

Il-Prinċep Albert ammetta li ma kienx jaf is-sess ta’ wliedu sakemm twieldu. “Kienet waħda mill-isbaħ sorpriżi li l-ħajja tatna,” qal.

Minkejja li t-tabib li welled lit-trabi ma ddeċidiex id-destin ta’ min se jiret it-tron, minħabba li t-tewmin huma tifel u tifla, kieku kienu żewġ subien, it-tron kien jirtu t-tifel li jinħareġ l-ewwel. Fi proċedura normali ta’ ħlas Ċesarja t-tabib dejjem joħroġ it-tewmi li jkun l-ewwel hekk kif jinfetaħ l-utru u l-istess ġara din id-darba.  

Il-Prinċep Albert II ma' martu Charlene żżomm l-ewwel ulied tagħhom
Il-Prinċep Albert II ma' martu Charlene żżomm l-ewwel ulied tagħhom

More in Zekzik