Il-gwerra firdithom... Facebook għaqqadhom 70 sena wara

Fil-vera sens tal-kelma l-imħabba m'għandhiex età... Antonia u Giovanni żżewġu 70 sena wara

Imħabba bla età dik bejn Antonia Gottifredi ta' 86 sena minn Lecco u Giovanni Molinari ta' 89 sena minn Saan Donato Milanese. It-tnejn kienu għarajjes meta kienu għadhom żgħar u żżewġu wara 70 sena separati minn xulxin.

It-tnejn kienu ltaqgħu meta hi kienet taħdem bħala salesgirl mal-Cotonificio Cantoni u hu kien suldat. Iżda minħabba l-gwerra kellhom jinfirdu fejn hi baqgħet tgħix fejn kienet u hu mar jaħdem mal-ENI, san Donato. Iżda sabu lil xulxin 70 sena wara, grazzi għal facebook fejn it-tnejn li huma bdew ifittxu lil xulxin bl-għajnuna tal-familjari tagħhom. 

Giovanni mar Bellano jiltaqa ma' Antonia, nanna u president tal-Filodrammatica Bellanese. It-tnejn kienu romol u reġgħu bdew jiltaqgħu bħal meta kienu għadhom żgħażagħ. Dalgħodu żżewġu fil-knisja tal-qaddisin Nazaro u Celso: hi libset libsa griża bil-fur u mtella fuq l-artal minn binha, u hu libes 'smoking' lambranzetta man-neputija tiegħu sad-dħul tal-knisja li kienet mżejna bil-ward aħmar. "Dik hi l-fjura preferita tagħna," qalet Antonia. Tejjiġhom Don cesare Terraneo li qalilhom, "Illum il-ħolma tagħkom saret realta."

 

More in Zekzik