Qed tipprova tixtri s-silenzju tiegħu

Bill Cosby talab sanzjonijiet monetarji kontra l-mara li fetħitlu l-kawża fuq stupru

L-attur veteran Bill Cosby
L-attur veteran Bill Cosby

Bill Cosby ħareġ kontra l-mara li qed issostni li meta kellha 15-il sena sikkirha mbagħad stupraha meta kienu fil-Playboy Mansion fl-1974. Cosby qed jgħid li hi giddieba u li ppruvat tisloħlu l-flus u kompliet tgħolli prezzha aktar ma kien hemm nisa jakkużawh bi stupru.

L-attur għadu kif rreġistra dokumenti legali mal-Qorti. Dawn juru li l-avukat ta’ Judy Huth mar fuq dak ta’ Cosby ix-xahar li għadda u għamel referenzi għal pieni kriminali u li l-avukat l-ewwel talab $100,000 għas-silenzju tagħha u wara żied it-talba għal $250, 000.

Fl-istess dokumenti hemm imniżżel kif il-mara, li llum għandha 56 sena, ippruvat tbigħ l-istorja tagħha lit-tabloids 10 snin ilu imma ħadd ma emminha. Cosby fihom jgħid li l-istorja tagħha hi gidba u mhux vera li issa għandha memorja ripressata li tiftħilha ċ-ċans għal kawża ċivili. Skont hu ma tistax tiftaħlu kawża għax din kellha tiftaħha sa tliet snin wara li ftakret u mhux issa.

Id-dokumenti jgħidu wkoll li l-istorja tagħha ma treġix minħabba li qed tgħid li hi u Cosby kienu lagħbu logħba tax-xorb 40 sena ilu imma Cosby ma jixrobx. Fihom jingħad ukoll li l-avukat ta’ Huth kien vag meta talab aktar flus lil Cosby u lanqas biss jaf jekk il-klijenta tiegħu marritx għand terapista.

Cosby qed jitlob li taqa’ l-kawża legali tiegħu kif ukoll għal sanzjonijiet monetarji.

More in Zekzik