Ċertifikat li ngħata lit-tfal bi żball faħxi tal-ortografija

Dan iċ-ċertfikat ingħata lil dawk it-tfal li rebħu konkors tat-tpinġija

Ma nafx wieħed għandux jidħak jew jibki meta d-Dipartiment tas-Saħħa joħroġ ċertfikat lit-tfal rebbieħa ta' kompetizzjoni kontra t-tipjip, bi żball faħxi fl-ortografija. Il-kompetizzjoni kienet tikkonsisti fi tpinġija dwar il-promozzjoni tal-prevenzjoni tal-mard, kontra t-tipjip. Wieħed jiskanta wkoll kif meta ġie ffirmat minn Dr Charmaine Gauci, li hi d-direttur tal-promozzjoni għall-prevenzjoni tal-mard u minn Anne Buttigieg, 'Smoking Cessation Practitioner' ħadd ma nduna bl-iżball ovvju.

Jekk taraw ir-ritratt taċ-ċertfikat sew wieħed jara li flok il-kelma 'TIFGANIX' hemm miktub 'TIFGADIX'.

Żgur li dan ma jurix serjetà għal dan id-dipartiment.

More in Zekzik