Madonna terġa’ tikxifhom

Ta’ 56 sena l-kantanta tal-pop tippoża b’sidirha barra

Madonna f'intervista mal-magazin Interview
Madonna f'intervista mal-magazin Interview

Wara li Kim Kardashian kixfet il-warrani, Madonna reġgħet kixfet sidirha, imma din id-darba l-kantanta għandha 56 sena. Hi ppużat għal magazin Interview fejn fih tat ukoll intervista dwarha fosthom li wliedha kapaċi jkunu ta’ ispirazzjoni għalija, l-użu li kienet tagħmel mid-droga u li tikteb iktar meta ma tkunx kuntenta.

Dwar l-użu tad-droga, tagħmilha ċara li hi xi ħaġa tal-passat u ma kinitx xi ħaġa li tieħu gost tieħu.

“Ippruvajt kollox darba imma kif kont insir high, kont nispiċċa nqatta’ l-bqija tal-ħin nixrob l-ilma biex inneħħiha mis-sistema. Kont nossessjona ruħi li rrid noħroġha minni.

“Ħafna nies jieħdu d-droga għax iridu jersqu qrib Alla. Imma din ma taħdimx u dik hi l-illużjoni tad-droga għax jagħtuk l-illużjoni li tersaq qrib lejn Alla imma fl-aħħar mill-aħħar joqtluk. Jeqirduk.”

Dwar imnejn iġġib l-aħjar  ispirazzjoni, il-kantanta wieġbet li minn uliedha.

“Affarijiet li jgħidu. Bħal, ibni ġie l-istudjo l-ġurnata li għaddiet u qal li ma riedx imur lura d-dar. U għidtlu, ‘Le, għandek tmur id-dar; sarlek il-ħin biex torqod.’ U weġibni, ‘Ma, inħossni iżolat minn qalbek.’ Dak il-ħin waqaft u għidt, ‘Din hi linja tajba. Għandi nużaha’.

“L-ispirazzjoni ġġibha minn kullimkien. Trid tkun miftuħ għal kollox. It-tbatija tagħtik ħafna tagħrif, tgħinek toħloq. Tieħu d-dwejjaq, id-disperazzjoni, is-sens ta’ inġustizzja tiegħek u tpoġġihom f’xogħlok.”

Tammetti li għaliha eħfef tikteb meta tkun imdejqa jew imħassba dwar xi ħaġa.

More in Zekzik