David Beckham u t-tifel f’inċident tat-traffiku

David Beckham u ibnu Brooklyn f'inċident tat-traffiku wara t-taħriġ tal-futbol tat-tifel.

Ritratti li ħarġu fil-mezzi tax-xandir dwar il-ħabta
Ritratti li ħarġu fil-mezzi tax-xandir dwar il-ħabta

David Beckham u ibnu Brooklyn, kienu involuti f’inċident tat-traffiku. Beckham kien għadu kemm jiġbor lil ibnu Brooklyn mit-training grounds tal-Arsenal wara l-logħba tiegħu kontra t-tim ta’ Brighton. Blooklyn li għandu 15-il sena jifforma parti mit-tim ta’ taħt is-sittax-il sena ta’ Arsenal. David kien qed isegwi l-partita ta’ ibnu fit-training grounds f’London Colney, Hertfordshire.

L-eks plejer tat-tim nazzjonali Ingliż kien qed isuq karozza tat-tip Audi. Għalkemm ħadd minnhom ma weġġa’ fl-inċident, it-tnejn li huma kienu xxukjati b’dak li ġara.

More in Zekzik