Jiżdiedu t-tpinġijiet fuq il-membri tal-One Direction

Jibqgħu Sydney biex iżuru wieħed mill-aktar artisti famużi tat-tattoos fl-Awstralja

Zayn Malik u Louis Tomlinson mal-artisti tat-tpinġija
Zayn Malik u Louis Tomlinson mal-artisti tat-tpinġija

Jum wara li rebħu l-Best International Artist fl-ARIAs Awards fl-Awstralja, Zayn Malik u Louis Tomlinson tal-One Direction, baqgħu Sydney biex jagħmlu tpinġijiet ġodda. Huma marru għand Bondi Ink li hu wieħed mill-aktar ħanut famuż għat-tattoos. Wieħed mill-artisti tal-ħanut li għamlilhom it-tpinġijiet ħa ritratt magħhom u tellgħu fuq Instagram u kiteb: “Love these Boys!!!! #onedirection”.

Fih jidher li Malik għamel disinn skur fuq idu. Waqt li Tomlinson jidher li għamel  tpinġijiet fuq idejh it-tnejn u huma mgeżwrin fil-cling film biex ma jinfettawx.

Din mhix l-ewwel tpinġija għall-membri tal-One Direction. Il-ħamsa li huma għandhom tal-inqas tpinġija waħda fuq ġisimhom. Harry Styles waħdu għandu aktar minn 30 tpinġija ma’ ġismu kollu.

More in Zekzik