[FILMAT] Bi 8 xhur tqala u terfa 100 kg 'weights'

Mara Ingliża ta' 39 sena baqgħet tagħmel il-weightlifting anke jekk kellha 8 xhur tqala

Katja Harjanne ta' 39 sena minn Londra hi omm li qed tistenna t-tarbija tagħha fi ftit ġimgħat oħra. Il-mara li hi ippassjonata fil-bodybuilding anke jekk għandha 8 xhur tqala qed tkompli terfa' piżijiet ta' madwar 100 kilogramm. Katja ilha tippratika il-'crossfit' għal dawn l-aħħar 3 snin li hi dixxiplina intensa mmens li biex tippratikaha trid terfa l-piżijiet.

Maeta saret taf li hi tqila, kienet tkellmet mal-ġinekologa tagħha dwar l-effetti li jista jkollha l-attivita tagħha. "Din weġbitni billi qaltli li għandi nagħmel dak li naħseb li hu tajjeb għal ibni." u b'hekk kompliet titħarreġ tillimita xi ftit l-isforzi. L-għarus ta' Katja, jaseon, hu wkoll ippassjonat tal-crossfit u jaqbel mal-għażla tagħha. "Nirċievi ħafna kritika. Iżda qatt mhu se npoġġi l-ħajja ta' ibni f'riskju. Nistenna bil-ħerqa li jasal il-mument li jitwieled" temmet Katja.


  

More in Zekzik