Il-prezz ta’ xogħlu: ikun bogħod minn uliedu – Russell Crowe

Qed issir dejjem aktar diffiċli li jħallihom warajh

Russell Crowe
Russell Crowe

L-attur Awstraljan Russell Crowe jammetti li l-iktar parti diffiċli minn xogħlu hi li jkun bogħod minn uliedu. Crowe għandu żewġ subien, Charles ta’ 10 snin u Tennyson tmien snin, li jgħixu m’ommhom Danielle Spencer f’Sydney.

“Assolutament iġġenninni; it-tensjoni li taqbadni meta nitla’ fuq ajruplan għax naf li ma nkunx nista’ nasal ħdejhom f’ħames minuti jekk ikollhom bżonni. Qed issir dejjem iktar diffiċli,” qal Crowe f’intervista f’The Truth About Us, li se tintwera f’Diċembru fuq il-Bio channel ta’ Foxtel, stazzjon Awstraljan.

More in Zekzik