Tagħtu erba' tiri għax kellu relazzjoni ma' bintha

Omm feriet gravament il-professur tal-vjolin ta' bintha fil-Kalabrija

Dalgħodu fiċ-ċentru ta' Vibo Valentia fir-reġjun tal-Kalabrija, mara Taljana ħasdet lil kulħadd meta bintha laqqgħatha mal-professur tagħha tal-vjolin, l-omm ħarġet pistoila mill-handbag u tagħtu erba' tiri, wieħed f'rasu, wieħed f'żaqqu, wieħed f'għonqu u l-ieħor f'sidru.

Il-vittma Domenico Lombardo ta' 47 sena kien il-professur tal-vjolin ta' bintha li għandha 26 sena. Il-mara ġiet arrestata minnufih fejn qalet li vvendikat mill-fatt tar-relazzjoni tiegħu ma' bintha. Il-professur jinsab f'qagħda kritika.

More in Zekzik