Jitkellem l-iben il-kbir ta’ Robin Williams

Isostni li qed jirkupraw mil-luttu tliet xhur mill-mewt tal-attur

L-iben il-kbir ta' Robin Williams
L-iben il-kbir ta' Robin Williams

Ilbieraħ waqt avveniment gala ta’ karità, l-iben il-kbir ta’ Robin Williams - Zak, tkellem dwar il-luttu li qed iġġarrab familtu u kif tliet xhur wara mewtu qed taqbad tiġi fuq saqajha.

“Aħna ok. Qed naħdmu sod biex nibnu saħħitna u nerġgħu niġu għan-normalità ġdida tagħna. L-ikbar mod kif qed ngħaddu mil-luttu hu billi nagħtu u nqattgħu ħafna ħin niffukaw fuq oħrajn,” qal Zak lil Entertainment Tonight dakinhar tal-attività.

Żied jgħid li l-kondoljanzi tal-ammiraturi ta’ missieru wkoll għenu biex ikampaw f’dan iż-żmien diffiċli.

“In-nies qasmu magħna kliem ta’ appoġġ u mħabba, arti, u kull tip ta’ tributi inkredibbli għal missieri.”

Zak kien preżenti waqt il-Christopher And Dana Reeve Foundation A Magical Evening minħabba li hi serata li tagħti ġieh lill-ħabib tal-qalb ta’ missieru. L-għan tas-serata hu li tiġbor il-fondi għar-riċerka f’injuries fix-xewka tad-dahar. Miegħu kien hemm ukoll iż-żewġt ħutu l-oħra mit-tieni mara ta’ Williams. 

Zak Williams flimkien ma' ulied Christopher Reeve waqt is-serata
Zak Williams flimkien ma' ulied Christopher Reeve waqt is-serata

More in Zekzik