Jitħallas €5,000 fix-xahar biex jorqod

Ma kienx jaħdem u sab xogħol tal-ġenn...jorqod għal tliet xhur u jitħallas €14,000

Jismu Drew Iwanicki u sab xogħol mill-aktar kurjuż. Kien bniedem bla xogħol u llum qed jaħdem man-NASA, billi jorqod jew aħjar joqgħod fis-sodda u jitħallas.

Qara avviż li n-NASA riedu persuna li toqgħod tliet xhur f'sodda biex ikunu jistgħu janalizzaw r-risposta muskolari tal-astronawti li jkunu mimdudin għal żmien twil, anke dwar il-moħħ kif jireaġixxi meta jkun mimdud għal tliet xhur sħaħ. Għal dan il-mottov Drew mar jgħix fil-Flight Analog Research tan-NASA f'Texas u ta' dan ix-xogħol se jħallsuh €14,000 kważi €5,000 fix-xahar.

Ix-xjenzati qed jistudjaw ġismu bħallikieku qiegħed fl-ispazju. Iż-żagħżugħ iddeċieda li jiġbed xi ritratti tiegħu mimdud u jitfagħhom bl-instagram u bi twitter biex jarawh il-ħbieb tiegħu. Hu qal li l-istress fiżiku u anke mentali hu wieħed notevoli iżda ma jiddispjaċihx għall-għażla li għamel. Anzi qed jagħti parir lil ħbieb tiegħu li n-NASA jkollhom bżonn ġħafna persuni li jħallsuhom tajjeb għall-diversi esperimenti u kulmin jinteressah jista jmur fuq is-sit tan-NASA u jsib x'għandhom bżonn.

 

More in Zekzik