[FILMAT] L-ewwel prova ta' Federica u l-President preżenti

Hemm ċans li Malta terġa' tirbaħ dan il-festival?

Federica waqt l-ewwel prova tagħha
Federica waqt l-ewwel prova tagħha

Għadha kif intemmet l-ewwel prova uffiċjal għal Malta u għal Federica Falzon bil-kanzunetta Diamonds li se tirrapreżenta lil pajjiżna nhar is-Sibt li ġej fil-Marsa Ship Building, li kif tistgħu taraw fil-filmat intrama tajjeb għal dan l-avveniment.

Federica telgħet fuq dan il-palk maestuż, kunfidenti, kalma u preparata. Id-delegazzjoni u t-tim ta' Federica b'Gillian Attard bħala l-għalliema tal-vuċi, Muxu u Elton Zarb bħala l-persuni li kitbu d-diska kienu preżenti biex jassistu waqt din l-ewwel prova uffiċjali.

Waqt il-provi ta' Malta, wieħed seta' jinnota l-ammont ta' ġurnalisti li nġabru. Dan juri l-attenzjoni pożittiva li hemm fil-kanzunetta Maltija. Persuni li kienu preżenti għall-ewwel prova tkellmu mal-ILLUM u qalu li Federica bellhet kull m'hemm u ġibdet l-attenzjoni ta' ħafna. Oħrajn ikkummentaw li qabadhom il-bard bil-vuċi stupenda ta' Federica.

L-Eċċellenza tagħha, il-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca kienet preżenti għal din il-prova u segwit b'attenzjoni. Coleiro Preca saħansitra telgħet fuq il-palk biex tgħannaq lil kantanta u tawguralha, qalet li hi tħossha kburija li hi Maltija.

Nirringrazzjaw lil Wayne Aquilina talli provdielna l-informazzjoni u l-filmat.

Hemm ċans li Malta terġa' tirbaħ dan il-festival?

More in Zekzik