Mercury irrabjatu ċ-ċimpanżì ta’ Michael Jackson

Id-dwett bejniethom jitlesta 30 sena wara tort taċ-ċimpanżì

(xellug) Michael Jackson u Freddie Mercury fit-tmeninijiet
(xellug) Michael Jackson u Freddie Mercury fit-tmeninijiet

Madwar 30 sena ilu l-kantanti Freddie Mercury u Michael Jackson ħadmu fuq dwett ‘There Must Be More To Life Than This’ – diska li ma tlestiet qatt minħabba x-xadina ta’ Jackson.

Il-kanzunetta ġiet f’idejn il-membri l-oħra tal-Queen, Brian May u Roger Taylor, li ddeċidew li jlestuha bil-għajnuna tal-produttur William Orbit ħalli jżiduha mal-LP Queen Forever.

L-istorja wara l-kanzunetta kiteb dwarha l-kittieb David Wigg fi ktieb li se jinħareg dalwaqt. Wigg kien jaf lil Mercury sew u qal: “Freddie kien irrabja ħafna għax Michael poġġa lil Bubbles (iċ-ċimpanżì) bejniethom u bejn kull recording u ieħor kien idur fuq iċ-ċimpanżì u jistaqsiha għandhomx jerġgħu jirrekordjaw jew kinitx tħoss li ġiet tajba.

Jackson mal-pet tiegħu Bubbles
Jackson mal-pet tiegħu Bubbles

“Wara ftit jiem, Freddie qabżitlu li kellu jkanta ħdejn ċimpanżì kull lejl u ċempel lill-maniġer biex ‘joħorġu miz-zoo’. Imbagħad hu tar lura lejn Londra u b’hekk ħalla l-kanzunetta nofs leħja.”

Il-kanzunetta nkitbet minn Mercury fl-1981 u beda jaħdem fuqha ma’ Jackson fl-1984 f’Los Angeles. Sena wara l-kantant tal-Queen ħareġ verżjoni tal-kanzunetta f’album solo Mr. Bad Guy.

More in Zekzik